Il-Membru Parlamentari, Alex Muscat Jifraħ Lil Ommu F’Għeluq Sninha

Illum Malta qed tiċċelebra waħda mill-aktar ġranet importanti fl-istorja tagħha, Jum l-Indipendenza, iżda għall-Membru Parlamentari, Alex Muscat, din id-data għandha wkoll tifsira ferm aktar personali.

Permezz ta’ messaġġ qasir u mill-qalb fuq il-midja soċjali, Alex awgura l-festa t-tajba lil kulħadd, iżda ma naqasx milli jagħti tislima speċjali lil ommu, hekk kif proprju llum jaħbat għeluq sninha.

“Il-festa t-tajba lil kulħadd, speċjalment lil ommi li jaħbat għeluq sninha!” kiteb Alex, filwaqt li żied ukoll awgurju sempliċi iżda mill-isbaħ: “Happy birthday ma”.

Kumbinazzjoni bħal din tagħmel dan il-jum saħansitra aktar speċjali għall-familja tiegħu. Filwaqt li pajjiż sħiħ qed ifakkar l-Indipendenza u dak li tfisser għal Malta, Alex għandu wkoll mument personali li jfakkru fl-imħabba u r-rabta li jgħaqqduh ma’ ommu.

It-Tim ta' Gwida.mt jixtieq jawgura lil omm Alex f’dan il-jum speċjali u sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza!

Ritratti:

Facebook/Alex Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI