“Żgur Li Hemm Min Lest Jisimgħek U Jitkellem Miegħek” – Ivan Gaffiero B’Kelmtejn Ta’ Kuraġġ

 Ivan Gaffiero hu raġel b’qalb tad-deheb li xi kultant jitfa’ kelmtejn ta’ kuraġġ fuq il-paġna tiegħu biex min hu għaddej minn żmien diffiċli jħossu xi ftit aħjar.

Illum Gaffiero ppubblika filmat fejn kiteb, “Bonġu, l-għodwa t-tajba, nispera li qomt tajjeb. Jien għall-grazzja t’Alla wkoll qomt tajjeb imma niftakar ukoll kemm hawn nies li forsi ma jqumux tajjeb għaliex jinsabu morda. Kemm hawn nies li jinsabu f’dipressjoni, nies li għadhom kif tilfu lil xi ħadd għażiż.”

Hu kompla, “Jiena nwiegħdek it-talb tiegħi, inwiegħdek li niftakar fik, tħossokx waħdek. Żgur li hemm min lest li jisimgħek u jitkellem miegħek. Għalhekk agħmel kuraġġ, tintelaqx, ħares ‘il quddiem. Il-ħajja trid tkompli u kollox jitfejjaq.”

Hu kompla jagħmel kuraġġ lis-segwaċi tiegħu bi kliemu. Dan il-ġest ġeneruż juri kemm hu persuna umli u ta’ qalb tajba.





Facebook / Ma’Gaffiero



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI