Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, l-MP Katya De Giovanni tawgura lill-ġenituri tagħha f’jum l-anniversarju tagħhom.
Hi kitbitilhom,“Illum jaħbat il-51 anniversarju taż-żwieġ tal-ġenituri tiegħi. Grazzi tal-għożża, l-imħabba u t-trobbija li tajtuni, dawn sawruni f’dak li jien illum. Il-valuri tagħkom jibqgħu jgħixu fija. Nsellem ukoll b’għożża l-memorja ta’ Ċensu u Maggie Moran, kif ukoll tal-kuġin tiegħi Karl Chircop. Dejjem tibqgħu f’qalbna. Awguri mill-qalb għal dan il-mument sabiħ ta’ mħabba u ta’ ispirazzjoni. Inħobbkom ħafna!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom f’din il-ġurnata sabiħa u nżommuhom fit-talb tagħna biex Alla jkompli jżomm idejh fuqhom matul diversi iktar snin ta’ mħabba u ferħ.
Facebook / Katya De Giovanni