"Ħafna Mħabba Minn Dik Li Daqt Tkun Martek… Nisperaw Li Dalwaqt…" – Valentina Rossi

Illum Carlo Gerada qed jiċċelebra għeluq sninu u f’dan il-jum speċjali ma setax jonqos messaġġ mill-isbaħ mingħand it-tfajla tiegħu Valentina. Li ma kinitx għall-pandemija, konna ngħidu mingħand martu Valentina iżda donnu d-destin kellu pjan ieħor għal din il-koppja.

Carlo llum jagħlaq 30 sena u Valentina ħallietlu erba’ kelmiet mill-qalb, “Happy Birthday lir-raġel inkredibbli tiegħi. 30 sena u qed tagħmel kollox! Int maħbub, issapportjat minn ħafna u taf biss li jien dejjem inkun hemm nissapportjak f’kulma tagħmel!”

Valentina tagħlaq billi tgħidlu, “Ħafna imħabba minn dik li daqt tkun martek… nisperaw li dalwaqt…”





Facebook / Valentina Rossi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI