Ħafna Segwaċi Ta’ Emma Muscat U Biondo Ħa Jkunu Qalbhom Maqsuma

Emma Muscat, il-Maltija li s-sena l-oħra kisbet suċċess permezz ta’ Amici ħabbret li m’għadhiex f’relazzjoni mal-kantant Taljan Biondo. Il-koppja iltaqgħu fuq il-programm ta’ Maria De Filippi u minn hemm nibtet relazzjoni li kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar xhur.

Lil Biondo, rajnieh ukoll ikanta f’Sanremo, bħala wieħed mill-mistednin speċjali ta’ Einar fil-fażi tad-dwetti. Dan l-aħħar, Biondo u Emma ħarġu l-kanzunetta Avec Moi flimkien, u din il-kanzunetta bħal donnu qatlet il-qlajjiet li kienu għaddejjin fuq il-koppja.

Ħafna bdew jgħidu li l-koppja m’għadhomx flimkien, tant hu hekk li m’għandhomx joqgħodu taħt l-istess saqaf. Però kif ħarġet il-kanzunetta, dawn il-qlajjiet intemmu ħesrem. Emma permezz ta’ live chat flimkien ma’ Biondo taw l-aħbar lis-segwaċi tagħhom.

Emma qalet li huma għadhom jirrispettaw lil xulxin, tant li jridu jkunu nvoluti fil-ħajja ta’ xulxin u ma jixtiequx li jkun hemm xi gossip għaddej. Stqarret li wieħed għandu jkun sensittiv għas-sitwazzjoni. Emma kompliet tgħid li l-ħidma tkompli, għandha pjanat materjal ġdid u Sajf impenjattiv ferm.

Minn hawn nawgura lil Emma aktar suċċessi fil-karriera tagħha.

Facebook / Emma Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI