“Ħafna Turisti Li Jżuru Pajjiżna, Qatt Ma Jkunu Raw Baħar. Għalhekk, Ma Jkunux Jafu Bil-Qilla Tiegħu” – Marsaxlokk Village

Il-paġna Marsaxlokk Village ippubblikat messaġġ ispirat mill-ġrajjiet riċenti, bil-għan li jwissina dwar il-qilla tal-baħar.

Kitbu, “Ħafna turisti li jżuru pajjiżna, qatt ma jkunu raw baħar. Għalhekk, ma jkunux jafu bil-qilla tiegħu jew kemm hu perikoluż. Lanqas biss jgħaddilhom minn rashom li ċaqlilqa tista’ tniżżilhom u wara l-kurrent iġorrhom. U tista’ mhux tkun għawwiem tajjeb u b’saħħtek għax kollu għalxejn.”

Żiedu jgħidu, “Il-Malti jgħid li l-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa. L-agħar li għandu huwa l-kurrent. Anke wara li jieqaf ir-riħ, il-kurrent ġieli jibqa’ għal ġranet. Wieħed jaħseb li ma jkunx hemm ċaqliq iżda l-baħar minn taħt ikun għadu mqajjem u rrabjat. Wisq b’saħħtu.”



Temmu jgħidu, “Ħafna dan ma jafuhx. Titħassarhom u jaqbduk id-dwejjaq meta taqra xi aħbar kerha fejn jintilef xi ħadd. Ta’ min ifaħħar hawn lin-nies tas-salvataġġ. Biex isalvaw ħajja, dawn jaf ipoġġu ruħhom f’riskju wkoll. Għandna dejjem nirringrazzjawhom mill-qalb. Ħajr għal Victor Fenech tar-ritratt.”





Ritratti:

Facebook / Marsaxlokk_Village u Victor Fenech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI