Celaine u Pierre, żgur żewġ uċuħ familjari mal-qarrejja ta’ Gwida.mt. Illum il-koppja qed jiċċelebra disa’ snin miżżewġin, “9 snin minn dakinhar li għedna iva, ħajja mimlija avventuri, daħk, safar, argumenti, imma fuq kollox ħafna imħabba u rispett. Grazzi ta’ dak kollu li int u ta’ dak kollu li taghmel ghalija.”
Celaine tkompli tgħid lil żewġha, “Ritratt minnhom se jfakkrek meta daħlilna l-ilma tax-xita fil-karozza aħna u sejrin is-sala u spiċċajt bil-libsa tat-tieg bilqiegħda fuqek… imma kif il-praspar miegħek ma jonqsux raġel anke f’jum it-tieġ! Awguri lilna f’dan il-jum… Inħobbok dejjem.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat.
Facebook / Celaine Buhagiar