Ħalbiet Tax-Xita u Riħ Qawwi Sa Qawwa Ta' Riefnu – Ħudu Ħsieb!

It-temp f’Malta llum hu pjuttost ikrah u jidher li dan it-temp ħa jkompli jippersisti matul il-ġimgħa u mhux temp li hu biss għal-lum. Skont is-sit tat-temp lokali Malta Weather, “Qed nistennew ħalbiet tax-xita u riħ qawwi sa qaww ta’ riefnu kultant f’Malta u Għawdex fil-ftit ġranet li ġejjin hekk kif firxa ta’ pressjoni għolja fuq l-Atlantiku u fuq l-Afrika ta’ Fuq tħabbatha ma’ sistemi ta’ pressjoni baxxa li qegħdin jaqsmu l-Balkani!”





Jekk illum qed tħoss il-kesħa, dan minħabba li t-temperaturi huma mistennija jonqsu sa 9⁰C, skont l-Uffiċċju tal-Met. L-iktar temperatura għolja se tkun 15⁰C b’temperaturi li jinħassu madwar 12⁰C. Jidher li ħa jkollna bżonn nitgezzu!

Instagram / gordon.attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI