Fit-28 ta’ Awwissu 2026, is-sema se joffri spettaklu sabiħ hekk kif se sseħħ eklissi parzjali tal-Qamar, li tista’ tkun viżibbli minn Malta.
Matul din l-eklissi, parti mill-Qamar tgħaddi mid-dell tad-dinja u għalhekk tidher tiskura. Għal min jixtieq josservaha, l-aħjar ħinijiet se jkunu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, qabel tlugħ ix-xemx.
Minn Malta, il-qamar se jkun baxx lejn il-punent–lbiċ hekk kif l-eklissi tkun fl-aqwa tagħha. Il-fażi massima hi mistennija madwar is-6:12 ta’ filgħodu, filwaqt li l-qamar jinżel ftit wara.
Għalhekk, post b’orizzont miftuħ u mingħajr bini jew ostakli jkun ideali biex wieħed igawdi dan il-fenomenu astronomiku.
Aktar informazzjoni HAWN
