Shaun Farrugia żied kisba oħra mal-lista tas-suċċessi tiegħu, din id-darba barra mill-qasam mużikali, hekk kif waqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. The Malta Records ħabbru li dalgħodu kienu mistiedna fil-binja ta’ Vibe FM f’Santa Venera waqt il-programm tar-radju The Morning Vibe, fejn segwew tentattiv uffiċjali għal rekord nazzjonali ġdid.
L-isfida kienet tikkonsisti fl-akbar piż ta’ dulliegħ li persuna tiekol fi żmien ta’ żewġ minuti. Shaun Farrugia rnexxielu jiekol total ta’ 700 gramma ta’ dulliegħ, u b’hekk stabbilixxa r-rekord nazzjonali f’din il-kategorija. The Malta Records faħħru lil Farrugia għal din il-kisba u awgurawlu aktar suċċessi fil-karriera mużikali tiegħu, li kompliet tikber b’mod konsistenti kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.
Ir-rekord ġdid ingħaqad mal-lista dejjem tikber ta’ kisbiet nazzjonali rikonoxxuti minn The Malta Records, li jkomplu juru t-talenti u l-isfidi uniċi li jitwettqu fil-gżejjer Maltin.
Araw il-filmat HAWN.
Facebook / Shaun Farrugia