Irċivejna xi ritratti fuq il-paġna tagħna, b’irħula differenti kif żejnu għall-Halloween. Għażilna ftit u sibna oħrajn li laqtuna.
Fost dawn kien hemm ta’ Ħal Qormi! Araw x’għamlu dawn il-voluntiera biex iferrħu ftit lin-nies!
Nathaniel Azzopardi bgħatilna din it-triq ġoż-Żejtun. Jidher li r-residenti daħlu ħafna fiha u ħolqu ambjent sabiħ immens! Ħajr lil min kien involut.

Għal sena oħra Shale reġgħet urietna x’inhi kapaċi tagħmel! Ġmiel ta’ makeup li taħsbek qed tara maskra!
L-Attriċi Rebecca Dimech ukoll urietna x’inhi kapaċi tagħmel bil-makeup. Qed tindunaw li għandha għajnejha b’kulur differenti?
Imbgħad sibna dan il-platter oriġinali minn Kenneth Farrugia li hekk għamlu hu vera kapaċità kbira.

Int iċċelebrajtu? Liema għoġbok l-aktar?