Ftit tal-jiem ilu nkiser rekord dinji tal-Guinness li reġa’ wera kemm id-determinazzjoni, il-passjoni u l-perseveranza jistgħu jwasslu għal kisbiet straordinarji. Iżda dan qajjem mistoqsija importanti f’messaġġ li qasam riċentament The Malta Records. Il-messaġġ jgħid li “kieku xi ħadd f’Malta jipprova jagħmel l-istess, x’tip ta’ reazzjoni kien jirċievi?”
Sfortunatament, f’Malta mhux dejjem naraw inkoraġġiment. Kultant, flok appoġġ, ikun hemm kummenti negattivi, redikoli jew saħansitra xi tip ta’ ibbuljar. Din hija realtà li tista’ tnaqqas il-motivazzjoni ta’ dawk li jkollhom il-kuraġġ jippruvaw jagħmlu xi ħila differenti jew ambizzjuża.
The Malta Records temmen li kull tentattiv jistħoqqlu rispett. Mhux kulħadd irid jaqbel ma’ kull idea, iżda qatt m’hemm ġustifikazzjoni għal kliem li jweġġa’ jew li jkissru lil min qed jipprova. Kull rekord, kull kisba, u kull suċċess jibda minn persuna li ddeċidiet tipprova, minn ħolma li tkun għadha biss mistura.
The Malta records iżidu li: “il-ħolm għandu jkun appoġġjat, mhux imċaħħad. Il-motivazzjoni għandha tiġi ċċelebrata, mhux mgħaffġa.U li tipprova qatt m’għandu jkun xi ħaġa ta’ mistħija.”
Facebook/ The Malta Records