Fuq il-midja soċjali Ashley Eric Peschel kiteb messaġġ għall-għażiża bintu, li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Bla dubju li din hi ġurnata memorabbli immens għal Ashley, meta daħlet f’ħajtu Amy u sar missier.
“Awguri kbira lil binti Amy Jo, li llum tagħlaq 14-il sena! Inħobbok ħafna. Grazzi talli int l-aqwa ħabiba tiegħi, l-assistenta tiegħi u kif ukoll il-geek buddy tiegħi!,” jikteb Ashley. Xerred ritratt ta’ bintu flimkien man-numru 14, u rċeviet anke xewqat sbieħ għal għeluq sninha fil-kummenti.
Awguri mill-qalb, Amy!
View this post on Instagram