Natius Farrugia huwa persuna li mhux biss jagħmel il-ġid u jħobb hu stess, iżda dejjem jara li juri l-apprezzament tiegħu lejn kull min ikun hemm għal ħaddieħor. Din id-darba hu żvela ġest mill-aktar sabiħ li wettqet il-preżentatriċi lokali Veronica Farrugia.
“Din il-persuna Veronica Farrugia ħaqqha Ġieħ ir-Repubblika għall-intervent ta’ telefonata fit-tard għal persuna li ma kontx nafha personali imma ltqajt magħha fil-ħin opportun, u salvatlu ħajtu.”
Natius ikompli, “Nies bħal din il-mara jagħmlu d-differenza fil-ħajja. Grazzi li teżisti, naf li ser tirrabja miegħi li żvelajt din l-istorja għax int il-ġid tagħmlu bla daqq ta’ trombi… min-naħa l-oħra sabiħ li tfaħħar ġest bhal dan.”