“L-Iżgħar Kollezzjonist Ta’ Santi Differenti Tal-Qaddisin Fil-Gżejjer Maltin, B’Total Ta’ 1517-Il Santa” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom ilbieraħ, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar rekord li ġie mwaqqaf riċentament.

Huma qalu, “Bħal kull nhar ta’ Ħadd, The Malta Records konna preżenti waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.  L-iżgħar kollezzjonist ta’ santi differenti tal-qaddisin fil-gżejjer Maltin, b’total ta’ 1517-il santa. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf mill-ġuvnott Mattia Muscat min-Naxxar, fl-età ta’ 12-il sena, 7 xhur u 5 ijiem.”

Żiedu, “Il-preżentazzjoni tar-rekord saret waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar dirett min-Naxxar fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM. Filwaqt li kien ta’ pjaċir għalina li sirna nafu lil dan il-ġuvnott devot ħafna tal-Qaddisin, inħeġġu lil min għandu santi tal-qaddisin u jixtieq jgħin lil Mattia jkabbar il-kollezzjoni sabiex jikkuntattja lil The Malta Records, Bonġu Malta jew lill-familja ta’ Mattia.”







Ritratti:

Bonġu Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI