“Hekk Kienu Jibnu Villa Fl-1988 … Id-Djar Li Qed Jinbnew f’Malta Llum Ma Ħadu Xejn Minn Dawk Ta’ Dak Iż-Żmien” – Kappa Vision

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kappa Vision qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward villa mibnija b’mod verament sabiħ fl-1988 fejn ħolqu kuntrast mal-bini tal-lum il-ġurnata.

Huma qalu, “Hekk kienu jibnu villa fl-1988. Id-djar li qed jinbnew f’Malta llum ma ħadu xejn minn dawk ta’ dak iż-żmien, wisq inqas fejn tidħol is-sbuħija. Malta esperjenzat urbanizzazzjoni mgħaġġla, bini sfrenat bl-addoċċ, li qed twassal għal blokok ta’ appartamenti fuq xulxin. Il-prijorità llum hija l-ammont, il-kwantità u mhux l-estetika. L-iżviluppaturi spiss jiffukaw fuq l-użu effiċjentu tal-ispazju li jridu jaħdmu, u ovvjament l-profitt.”

Żiedu, “B’riżultat ta’ dan, qegħdin naraw bini b’disinji uniformi, spiss forma ta’ kaxxi, b’karattru arkitettoniku limitat. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ regolamenti u infurzar fl-ippjanar qed iwassal għal żviluppi li jinjoraw l-istili arkitettoniċi tradizzjonali Maltin, u dan qed ikompli jikkontribwixxi biex il-bini l-ġdid jitqies b’mod kważi unanimu bħala’ wieħed ikrah. Din id-dar tinsab il-Mosta.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI