"Hawn Min Irid Iqis Il-Kelma Kif Jgħidha… Ma Tkunx Taf Persuna Minn Xiex Ikun Għaddej" – Roderick Azzopardi Custò

Il-preżentatur tar-radju fuq Radju Malta, Roderick Azzopardi Custò qajjem punt importanti ħafna. Kultant dak li jkun mingħajr ma jaħsibha, jgħaddi xi kummenti fuq id-dehra ta’ dak li jkun. Jidher li tul tal-aħħar ġimgħat, il-preżentatur tqawwa xi ftit u fuq il-midja soċjali tiegħu jammetti li beda jaħdem biex jitlef xi ftit mill-piż li tella’.





Ngħiduha kif inhi, żgur li mhux waħdu speċjalment f’dawn iż-żminijiet, imma l-preżentatur iqajjem punt validu ferm. Hu jgħid, “Nammetti li tqawwejt u qed nagħmel minn kollox biex ninżel, għalkemm bdejt u qiegħed nieżel mhux faċli imma kuraġġuż li nerġa’ niġi għall-piż tiegħi…”



Hu jkompli billi jgħid, “Imma hawn min irid iqis il-kelma kif jgħidha, kemm tqawwejt jew kemm inqast, ma tkunx taf persuna minn xiex ikun għaddej…” Prosit Roderick, punt validu ferm. Id-dehra wieħed ma jistax jaħbiha imma l-emozzjonijiet li wieħed ikun għaddej minnhom jew anke f’ċertu każi mard, dak il-bniedem ma jarahomx.

Qabel tgħid kelma jew oħra, għandek taħsibha sew.

Facebook / Roderick Azzopardi Custo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI