“Hawn Min Jgħid Li Fil-Ħajja Tal-lum Ma Fadalx Żgħażagħ Tajbin… Kemm Ma Naqbel Xejn” – Ivan Gaffiero Dwar Żagħżugħ Eżemplari, Jeremy Portelli

Ivan Gaffiero

F’soċjetà fejn spiss nisimgħu kummenti negattivi fuq iż-żgħażagħ tal-lum, il-preżentatur Ivan Gaffiero jagħżel li jara u jenfasizza t-tajjeb.

F’messaġġ li ppubblika fuq Facebook, Ivan wera biċ-ċar kemm ma jaqbilx mal-idea li “ma fadalx żgħażagħ tajbin”. Għalih, hemm ħafna żgħażagħ b’qalb kbira – u wieħed minnhom hu Jeremy Portelli.

Ivan jirrakkonta kif iltaqa’ ma’ Jeremy sitt snin ilu, fi żmien diffiċli tal-pandemija tal-Covid-19. Dak iż-żmien, Ivan kien qed jiġbor xirjiet biex jgħin lil persuni fil-bżonn.

Jeremy, mingħajr ħafna daqq ta’ trombi mar b’xirja biex jagħti sehmu u jkun ta’ għajnuna. Ġest sempliċi, imma b’tifsira kbira.

Minn dakinhar ’l hawn, Ivan jgħid li Jeremy dejjem sabu lest biex jgħin lil kulħadd, bla ħafna kliem u bla “daqq ta’ trombi”.

Żagħżugħ umli, ġeneruż u ta’ qalb tajba – kwalitajiet li spiss ma jingħatawx biżżejjed importanza, iżda li jagħmlu differenza kbira fil-ħajja ta’ ħafna.

Fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu, Ivan jawguralu u jsemmi dan il-ġest sabiħ li wettaq. Permezz ta’ dan il-messaġġ, Ivan mhux biss feraħ lil Jeremy, iżda qed ifakkarna wkoll li fost iż-żgħażagħ Maltin hemm ħafna eżempji pożittivi li jistħoqqilhom jiġu rikonoxxuti.

Prosit Jeremy u Awguri!







Ritratti:

Facebook/ Ivan Gaffiero

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI