Fuq il-paġna Kate: Writing My Story ġie ppubblikat aġġornament emozzjonali fejn Kate qasmet l-aħħar żviluppi dwar saħħitha.
Hija spjegat li fl-aħħar jiem ma tantx kienet attiva fuq il-midja soċjali waqt li kienet l-isptar Great Ormond Street Hospital f’Londra, fejn qed tgħaddi minn diversi testijiet mediċi relatati mal-problemi respiratorji tagħha.
“Bħalissa ninsab l-isptar f’GOSH London fejn qed nagħmel testijiet mediċi minħabba l-problemi respiratorji tiegħi.”
Fl-aġġornament tagħha, Kate żvelat li kellhom iżidu s-settings tal-magna respiratorja tagħha minħabba żieda mgħaġġla fil-piż, li qed tagħmel iżjed pressjoni fuq il-pulmuni tagħha waqt l-irqad.
Hija spjegat ukoll li minkejja li żżomm dieta bilanċjata u tagħmel l-eżerċizzji tat-terapija kemm tista’, il-kundizzjoni tagħha relatata ma’ overgrowth syndrome qed tkompli taffettwaha.
Minkejja dawn l-isfidi, Kate qalet li qed tibqa’ pożittiva u taffaċċja kollox pass pass b’tama għall-aħjar.