Il-preżentatur Joseph Chetcuti esprima r-ringrazzjament tiegħu wara li rċieva awgurji speċjali fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-programm tiegħu Marċi u Bandalori fuq Net FM.
F’messaġġ qasir iżda sinċier, huwa rringrazzja mill-qalb lill-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-awguri li bagħtulu għal din il-milestone importanti fil-karriera tiegħu fix-xandir.
Din iċ-ċelebrazzjoni timmarka kwart ta’ seklu ta’ ħidma kontinwa fil-promozzjoni tal-mużika tal-banda u l-kultura Maltija.
Prosit u Awguri Joseph!
Facebook/ Joseph Chetcuti