Passiġġier ta' Ryanair li kważi nġibed barra minn tieqa tal-ajruplan wara li din tkissret waqt titjira sostna li l-unika offerta li rċieva mingħand il-linja tal-ajru kienet li jerġa' jibbukkja t-titjira tiegħu.
Ljubisa Karović, ta' 61 sena, sofra ġrieħi f'għonqu u f'ispallejh meta tieqa fuq titjira Malta Air operata minn Ryanair bejn Thessaloniki u Memmingen nkisret ftit wara t-tluq fl-10 ta' Lulju. Martu u passiġġieri oħra rnexxielhom jiġbduh lura ġewwa l-ajruplan.
Karović qal lil Daily Mail li sa issa ma rċieva l-ebda telefonata mingħand Ryanair, iżda biss emails mibgħuta lil ibnu biex jistaqsu jekk iridx jerġa' jibbukkja t-titjira u kif kien qed iħossu.
Martu allegat ukoll li l-ekwipaġġ ma intervjeniex waqt l-inċident, allegazzjoni li Ryanair ċaħdet, filwaqt li insistiet li l-ekwipaġġ aġixxa b'mod professjonali u baqa' f'kuntatt mal-familja.
L-ajruplan irritorna b'mod sigur lejn Thessaloniki, filwaqt li l-inċident għadu qed jiġi investigat mill-US National Transportation Safety Board (NTSB).
Facebook / Ljubisa Karović