“Meta Jċemplu N-Nies U Jitolbuna Bil-Ħniena Biex Ngħinuhom… Ix-Xogħol Li Nagħmlu Hawn Huwa Biex Ma Ninsew Lil Ħadd…” – Maria Formosa

Maria Formosa

Filmat emozzjonali maqsum fuq il-paġna ta’ Bjorn Formosa, martu Maria titkellem b’mod sinċier dwar ir-realtajiet li jaffaċċjaw kuljum flimkien mar-residenti u t-tim li jieħu ħsiebhom.

Fil-messaġġ tagħha, tenfasizza kemm il-ħidma tagħhom titlob dedikazzjoni u impenn kontinwu biex jagħtu l-aqwa kwalità ta’ ħajja lil persuni li qed jgħixu b’kundizzjonijiet serji.

"Meta jċemplu n-nies u jitolbuna bil-ħniena biex ngħinuhom, dik l-ewwel kelma li nassigurawhom, jiġifieri mhux imbilli ġew ikellmuna u aħna ħadna nota, u daqshekk. Aħna x-xogħol li nkunu qed nagħmlu hawn huwa appuntu biex ma ninsew lil ħadd u kemm jista' jkun naqdu lil kulħadd."

Flimkien mal-filmat, it-tim ta’ Bjorn Formosa kiteb messaġġ b’saħħtu li jgħid: “Kultant, kliem ma jkunx biżżejjed biex jispjega dak li ngħaddu minnu kuljum. Imma ħaġa waħda naf żgur: mingħajrkom, din il-missjoni ma tistax tkompli. Għalija. Għar-residenti tagħna. Għal kull persuna li qed tissielet fis-skiet.”

Il-pubbliku huwa mistieden juri l-appoġġ tiegħu waqt l-attività li se ssir fit-30 ta’ Awwissu, minn nofsinhar sa nofsillejl, bil-għan li jinġabru fondi u tkompli tissaħħaħ il-ħidma.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI