It-tennista Maltija Francesca Curmi mistennija tikteb isimha fl-istorja tal-isport Malti hekk kif se tkun l-ewwel tennista Maltija li tieħu sehem f’turnew tal-Grand Slam f’livell professjonali. Francesca, li għandha 24 sena bħalissa tinsab fil-192 post fil-klassifika dinjija tal-Women’s Tennis Association (WTA).
L-Australian Open, li l-kompetizzjoni prinċipali tiegħu se tibda fit-18 ta’ Jannar, huwa wieħed mill-erba’ turnewijiet tal-Grand Slam u jiġbor fih uħud mill-aqwa tennisti minn madwar id-dinja.
Awguri mill-qalb, Francesca!