Din Il-Ġimgħa Ser Tibda Tiżżejjen Il-Belt Valletta Għall-Milied

Il-Milied riesaq ġmielu, u bħal daż-żmien nibdew naraw ħjiel ta’ Milied fit-toroq; xi faċċata mżejna jew xi dawl dekorattiv. Bosta min-nies li jħobbu l-Milied jerħula ta’ kull sena l-Belt Valletta, fejn l-atmosfera verament tgħinek tidħol fl-ispirtu tal-Milied. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu jumejn ilu, Jason Micallef qal li għad-dieħla ser jibdew ilibbsu l-kapitali tal-Milied, jiġifieri dil-ġimgħa nistgħu nistennew li nibdew naraw xi dekorazzjonijiet.

F’kitba li ħarġet jiem ilu hu qal, “Il-ġimgħa d-dieħla nibdew inlibbsu l-‘Kapitali’ tal-Milied. Christmas In The Capital se jkun kbir ħafna fil-Belt Valletta. Siġra u disinn ġdid għas-Siġra tal-Milied. Disinn artistiku ġdid għad-dawl tal-Milied fit-toroq ewlenin tal-‘Kapitali’. 25 attività madwar il-Belt Valletta mill-25 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru. Dan kollu grazzi għall-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI