Dalgħodu, l-lokalitajiet ta’ Santa Venera u l-Ħamrun se jkunu qed jiċċelebraw il-Karnival. Il-Karnival se jibda permezz ta’ parata fl-10am f’Santa Venera fi Triq il-Kbira San Ġużepp li tingħaqad mal-Ħamrun. Din il-parata se tikkonsisti f’baned u karrijiet kollha kuluri.
Dan il-Karnival ġie organizzat mill-Kunsilli Lokali ta’ Santa Venera u l-Ħamrun flimkien ma’ Festivals Malta u l-Ministeru għall-Kultura.
Propja, dan kellu jkun tmiem il-ġimgħa ta’ jumejn ta’ Karnival, iżda minħabba s-sitwazzjoni tat-temp ilbieraħ, dan ma kienx possibbli. L-istess ġara fir-Rabat Għawdex, li kollox kellu jitħassar ilbieraħ iżda se jiġi ċċelebrat illum flimkien man-Nadur u l-Għarb.
Facebook / Kunsill Lokali Santa Venera / Kunsill Lokali Ħamrun