“Hekk Kif Niċċelebraw Jum Bormla, Nieħu L-Opportunità Biex Nirringrazzjakom Tal-Imħabba U L-Għaqda Li Tagħmlu Lil Bormla Tassew Speċjali.”

Il-Kunsillier Glauber Spiteri fuq il-mezzi soċjali, jawgura lill-Bormliżi kollha l-isbaħ xewqat. Hu jikteb, “Għeżież Bormliżi, illum, hekk kif niċċelebraw Jum Bormla, nieħu l-opportunità biex nirringrazzjakom tal-imħabba u l-għaqda li tagħmlu lil Bormla tassew speċjali. Din hija ġurnata fejn niċċelebraw mhux biss it-tradizzjonijiet sbieħ tagħna imma wkoll il-poplu ta’ din il-belt. Għalhekk aħna tant kburin li nsejħu lil Bormla bħala Beltna.”





Hu jkompli, “F’dan il-jum, inħares ’il quddiem biex flimkien inkomplu naħdmu għas-sbuħija u l-progress ta’ beltna, filwaqt li nżommu ħajjin il-valuri li dejjem irrappreżentawna: rispett, għaqda, u ħidma għal ġid komuni. Grazzi lil kull min qed jagħti sehmu biex Jum Bormla jkun suċċess – minn volontiera għal kull individwu li jieħu sehem fl-attivitajiet li nħejju għalikom. Ejjew nieħdu gost u ngħixu din il-ġurnata b’qalb miftuħa u kburija!”

Hu jtemm, “Awguri mill-qalb lil kulħadd, u viva Bormla!”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI