“Hekk Kif X Factor Jasal Fi Tmiemu, Ma Nistax Ma Nħossnix Emozzjonata” – Destiny Chukunyere

Il-kantanta lokali tant u tant maħbuba, Destiny Chukunyere, fetħet qalbha dwar ħsibijietha hekk kif X Factor Malta, li kien parti tant kbira minn ħajjitha, issa wasal fi tmiemu.

Hi spjegat, “Hekk kif X Factor jasal fi tmiemu, ma nistax ma nħossnix emozzjonata. Kien parti tant kbira minn ħajti, għeni nikber, il-memorji, in-nies, il-mużika. Inħossni għal dejjem grata għal kull mument.”

Permezz ta’ sensiela ta’ ritratti, hi qasmet magħna xi ftit minn dawn il-memorji sbieħ. It-tbissima fuq fommha f’kull ritratt tixhed il-kuntentizza f’qalbha.



Nawguraw lill-parteċipanti kollha ta’ dan il-programm, li b’xi mod jew ieħor tawh il-ħajja u għamluh programm verament memorabbli.





Ritratti:

Facebook / Destiny Chukunyere

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI