Fl-Amerka qed isiru esperimenti b’pillola ġdida bl-isem ta’ Molnupiravir. L-iskop ta’ din il-pillola hu li jitnaqqas bin-nofs ir-riskju li nies pożittivi għall-Covid-19 jispiċċaw għall-kura l-isptar jew imutu.
S’issa r-riżultati ta’ dan l-esperiment huma pożittivi ħafna wara li din ingħatat lil 1550 pazjent b’kollox li minbarra li għandhom il-virus, għandhom kumplikazzjonijiet mediċi bħad-dijabete, l-obeżità, u mard fil-qalb. Il-persentaġġ ta’ pazjenti li xorta waħda kellhom jiddaħħlu l-isptar huwa wieħed baxx.
F’Ġunju li għadda, fl-Istati Uniti ntefqu madwar $1.2 biljun fuq il-Molnupiravir, u issa jidher li wasal iż-żmien li l-kumpanija tal-farmaċewtika Merck ser tapplika għall-awtorizzazzjoni minn aġenziji tal-awtorità.