Daniel u Ylenia tkellmu ma’ Angela Agius waqt Niskata fejn iddeskrivu l-emozzjonijiet, l-atmosfera ġewwa Vjenna bħalissa, u l-ħidma bla waqfien ta’ AIDAN u t-tim Malti kollu.
Daniel jispjega dwar l-ewwel prova li saret din il-ġimgħa, fejn kif smajna u rajna, impressjona bil-kbir AIDAN. Il-prova li jmiss ser tkun qed issir nhar is-Sibt li ġej.
Jieħu l-okkażjoni li jgħidilna dak kollu li jgħaddi minnu AIDAN qabel kull wirja li jagħti fuq il-palk prestiġjuż.
Jispjegaw anke dwar kif qabel kull wirja f’45 sekonda AIDAN joħroġ fuq il-palk, u l-kru kollu jilħaq jarmaw u jżarmaw il-prop kbira li qed tintuża.
Segwi aktar HAWN