Illum mistiedna waqt Niskata kien hemm l-Eċċellenza Tagħha President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca fejn tkellimna dwar il-missjoni ewlenija tal-Malta Trust Foundation.
Marie-Louise issemmi fost l-oħrajn is-sentimenti u l-emozzjonijiet li tħoss meta tara tfal jagħmlu progress bis-saħħa tal-għajnuna prezzjuża li qed tingħatalhom.

Ritratt: TVMi/ Niskata
“Dak is-sens ta’ tama li naf li ħa tinbidel ħajjithom… Nimtela b’ħafna ferħ li nkun naf bil-progress tagħhom… Għandi l-mowbajl mimli ritratti u filmati… Il-ġenituri jibgħatuli l-filmati tal-progress, daqqa nirċievi xi filmat ta’ xi tifel jgħid xi kelma għall-ewwel darba. Emozzjoniet. Jew xi tifla qed iddoqq għall-ewwel darba, u qed tesprimi ruħha bil-mużika.” (Segwi aktar HAWN)
Waqt il-maratona b’risq Malta Trust Foundation se jingarbru fondi għat-tfal kollha, kollha, kollha! Ser tixxandar nhar is-Sibt 13 ta’ Gunju, mill-11:00 sal-23:00, fuq l-istazzjonijiet kollha!
Tista’ tagħmel donazzjoni billi ċċempel fuq:
- 5180 2019 – €25
- 5190 2071 – €50
- 2148 4662 – Pledge line
- 2122 1142 – Helpline
- Jew bil-BOV mobile app jew il-MyAPS mobile app fuq 7952 0040