Bla dubju li fost il-produzzjonijiet lokali li jixxandru, bosta qed jistennew b’kurżità staġun ieħor ta’ Love Island Malta fejn nesperjenzaw karattri ġodda, bombshells ġodda, sitwazzjonijiet ġodda, u msomma kwalunkwe ħaġa li tqanqal diskussjonijiet.
Hekk kif ir-raba’ staġun ħa jkun qed jirritorna fis-17 ta’ Mejju li ġej, dan ifisser li qed jorqob iż-żmien li nsiru nafu l-protagonisti ġodda li ser jidħlu fil-villa biex isibu l-imħabba… jew min jaf, forsi biex jilagħbu l-logħba?
It-tim ifakkar lis-segwaċi kollha dwar ir-ritorn ta’ dan il-vjaġġ romantiku, drammatik u xi kultant kaotiku. Intom lesti għal li jmiss?
Facebook/ Love Island Malta