Ftit ilu telgħet post fuq il-midja soċjali dwar residenta f’dar tal-anzjani f’Ta’ Sliema, li qed tiġi mfittixija wara li ħarġet mill-bini. Il-probabiltà hi li qiegħda x’imkien fiż-żoni f’Ta’ Sliema.
Iben ir-residenta jappella fuq Facebook. “Hi ħarġet minn Imperial Home f’Ta’ Sliema lbieraħ filgħaxija u għadha ma rritornatx. Napprezzaw jekk tistgħu tiċċirkolaw il-post forsi xi ħadd isibha. Hi twila madwar 5’5″ u kienet liebsa l-ħwejjeġ fit-tieni ritratt. Jekk jinzerta xi ħadd isibha, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lili, lill-pulizija jew lil Imperial Home.”
Ir-raġel ikompli jikteb, “Hi dijabetika u ma ħaditx il-mediċina.” Huwa importanti li ma jintilifx wisq ħin ħalli kemm jista’ jkun terġa’ tirritorna fid-dar.
Ejjew ngħinu biex tinstab din ir-residenta.