HSBC Malta Temporanjament Għalqet Il-Fergħa Ta’ Victoria F’Għawdex

HSBC toħroġ dan l-annunz fejn il-fergħha ta’ Victoria f’Għawdex għalqet temporanjament minħabba li kien hemm xi każijiet pożittivi tal-Covid-19. Din il-fergħa ser tkun magħluqa mill-inqas sal-21 ta’ Marzu 2021.

Il-priorità għall-HSBC tibqa’ s-saħħa tal-ħaddiem kif ukoll tal-klijent tagħha. Il-Bank ifakkar il-klijenti tagħha li bosta mis-servizzi tagħha jistgħu jintużaw billi jirrikorru għal Credit Cards/Debit Cards, Mobile kif ukoll l-ATM.

Għal servizzi ta’ urġenza, il-Bank għandu servizz ta’ 24 siegħa fejn wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2380 8219 sabiex ikun jista’ jinqeda.L-HSBC jitlob apoloġija għal xi inkonvenjenza li seta’ kkawża.





HSBC/Facebook



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI