"Huwa Tassew Irresponsabbli… Li Jagħtu Messaġġi Mħallta Bħal Dawn" – Il-President Tal-MUMN

Dalgħodu, il-Ministru tat-Turiżmu flimkien mal-Presidenza tal-Aġenzija Kuluturali tal-Belt Valletta ħabbru x'ħa jkun qed jiġri dan il-Milied ġewwa l-Belt Valletta. Huma ħabbru avvenimenti marbuta ma' dan iż-żmien b'differenza taħt l-isem ta' Christmas in the City.

Jidher li dan ma niżilx tajjeb mal-assoċjazzjonijiet mediċi! “Huwa tassew irresponsabbli minn dawn il-figuri politiċi li jagħtu messaġġi mħallta bħal dawn. L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jgħidu lin-nies biex ma jkollhom l-ebda laqgħat, kemm barra kif ukoll ġewwa djarhom - Jiena sorpriż kif il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent Charmaine Gauci ma waqqgħux din l-idea ”, qal il-President tal-MUMN Paul Pace lis-sit. The Malta Independent.



“Aħna ilna nagħtu parir lin-nies biex ma jiġbrux fi żmien il-Milied u dawn huma l-messaġġi mħallta li l-gvern jibqa’ jagħti lin-nies. Għandna l-Ministru tas-Saħħa tagħna jgħidilna ħaġa waħda u l-Ministru tat-Turiżmu tagħna jgħidilna oħra," kompla jgħid Paul Pace mal-istess sit.

Huwa qal esprima li jinsab ixxukkjat ħafna meta jara avveniment bħal dan imnedija u jittama li n-nies huma responsabbli biżżejjed biex ma jattendux. Wieħed jista' jaqra l-artiklu HAWN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI