Iħalli Din Id-Dinja Tarcisio Mifsud, Raġel Maħbub Immens Ġewwa Ħaż Żebbuġ

Riċentament ħalla din id-dinja Tarcisio Mifsud, raġel maħbub ferm ġewwa r-raħal ta’ Ħaż Żebbuġ. Kienu l-bosta li ħaduha għal fuq il-midja soċjali biex isellmu l-memorja tiegħu, fosthom is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea.

Hu qal, “nħsadt bl-aħbar li miet Tarcisio Mifsud, ikona ġewwa Ħaż-Żebbuġ.M’ilux kellimtu l-knisja, fejn kien ma’ bintu għall-festa ta’ San Filep li tant kien iħobb. Se niftakru bħala bniedem intelliġenti, li dejjem ħadem b’integrità kbira. Kondoljanzi lill-familjari u lil dawk li kienu jafuh. Strieħ fis-sliem Ċis.”





Għaqda Każin Banda San Filep (Omm Il-Baned Maltin) qalu, “L-Għaqda Każin Banda San Filep A.D. 1851 issellem b’sogħba u b’għożża kbira lil Tarcisio Mifsud, eks-Segretarju ta’ din l-Għaqda, President Onorarju, u pilastru ewlieni tas-soċjetà għal għexieren ta’ snin, li għadu kif ħalla din id-dinja fis-sigħat li għaddew.”

Żiedu, “F’dan il-mument diffiċli, l-Għaqda tgħaddi l-kondoljanzi sinċiera tagħha lill-familjari u qraba kollha u ser tkun qiegħda tosserva jiem ta’ luttu b’rispett lejn Tarcisio u l-familja Mifsud. Filwaqt li l-Banda San Filep isselimlek u tibki t-telfa tiegħek, nitolbu lill-Mulej Alla u missierna San Filep jilqgħuk fi ħdanhom.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI