Iżjed Tensjoni Llejla Fuq Love Island… U Bombshell Ġdida!

Illejla fuq Love Island se niltaqgħu ma’ bombshell ġdida, hemm ħafna spekulazzjoni li hija Edera Fenech. Alessia l-ewwel parteċipanta li ratha dieħla u marret tiġri tgħid lit-tfajliet l-oħra dwarha. Tant kienu sorpriżi li kważi lanqas emmnuha mall-ewwel.  “Veru tidher mazza!” qaltilhom Alessia.

Fl-istess waqt, jidher li hemm it-tensjoni bejn il-koppji. “Ħadd ma qal li aħna closed off” qal Cruyff lil tfajla li probabbli hi Michela. Tgħid għajnejh qed iduru lejn il-bombshell il-ġdida jew hemm xi parteċipanta oħra li laqtitu?

It-tfajliet ukoll jidhru li se jiġġieldu xi ftit bejniethom minħabba kummenti li ntqalu fejn xi ħadd qal lil xi ħadd ieħor li hu ‘falz’.

Tgħid l-imħabba se jirnexxielha tirrenja f’dan l-episodju jew se jinkisru l-ħbiberiji u l-koppji?

Instagram / @loveisland_malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI