"Ibni L-Għażiż, Mill-Ewwel Mument Li Dħalt F’Ħajti, Biddiltli D-Dinja Bl-Aktar Mod Sabiħ." – Omm Il-Preżentatur Lokali Keane Cutajar F’Għeluq Sninu

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur lokali Keane Cutajar. F’dan il-jum għażiż, l-għażiża ommu Tracy tgħaddilu messaġġ sabiex tawguralu u turih kemm hi kburija biha. Jum bħal dan ċertament li jġib ħafna memorji.

Hi tikteb, “Ibni l-għażiż, mill-ewwel mument li daħalt f’ħajti, biddiltli d-dinja bl-aktar mod sabiħ. Li narak tikber kien vjaġġ mimli mħabba, daħk u kburija bla tarf. Nawguralek għeluq sninek it-tajjeb, ibni l-għażiż u prezzjuż!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Keane l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu u nawgurawlu għal sena mimlija saħħa, hena u opporunitajiet ġodda!





Facebook / Keane Cutajar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI