“Ibqa’ Ġġieled, Ben” – Yanika Rizzo Tikkonferma Li Qed Isir Ġbir Ta’ Donazzjonijiet Għal Ben

Yanika u binha Ben

Ħafna persuni qed jistaqsu jekk il-ħolqa li qed tinqasam minn bosta nies hux ġenwina. F’messaġġ li qasmet, Yanika Rizzo ċċarat li iva, dan il-ġbir ta' donazzjoni huwa leġittimu u twaqqaf proprju għal dan il-għan, jiġifieri biex jiġi evitat li jkun hemm min jabbuża mis-sitwazzjoni.

Hija spjegat, "Kont iffukat biss fuq l-irkupru sħiħ ta’ Ben, iżda nies ġenwini u mimlijin imħabba xorta riedu jgħinu lil Ben b’xi mod jew ieħor. Aħna grati immens għal dan; għalhekk, bl-għajnuna ta’ ħbieb mill-aqwa, waqqafna dan il-fond għal kull min jixtieq jgħin lil Ben b’xi mod. Fort Fitness nediet din il-kampanja fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tagħha."

Yanika rringrazzjat lil kull min qed juri solidarjetà u qed jagħmel dak kollu possibbli biex jgħin lil Ben f’dan iż-żmien. Il-ħolqa uffiċjali tista' ssibha HAWN

Ritratt:

Facebook/ Yanika Rizzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI