Keith Spiteri Jniedi L-Ktieb Ta’ Meadow U Jirrakkonta Kif Il-Ktieb Għandu L-Għan Li Jgħin Annimali Oħra

Xi stejjer ma jintemmux meta jingħalaq kapitlu, tant li jibqgħu jgħixu fil-qlub tagħna, u l-istorja ta’ Meadow hija waħda minnhom.

Keith Spiteri, sid Meadow, qasam l-emozzjoni tiegħu wara li lbieraħ kien hemm it-tnedija ta’ Meadow: A Warrior’s Heart | Qalb ta’ Gwerrier, ktieb ta’ aktar minn 300 paġna li jirrakkonta l-vjaġġ ta’ Meadow, il-kelb li minn kelb mitluf sar parti mill-familja tiegħu, sakemm traġikament tilef ħajtu minħabba l-leishmania, marida qalila fil-kliewi.

Għal Keith, din il-pubblikazzjoni mhijiex sempliċiment ktieb. Hija mod kif it-telfa ta’ Meadow tinbidel f’għan, b’messaġġ dwar l-imħabba bla kundizzjoni bejn il-bniedem u l-annimali, ir-reżiljenza u l-fejqan.

U forsi l-aktar ħaġa sabiħa hi, li l-istorja ta’ Meadow qed tkompli tagħmel il-ġid. Grazzi għal dawk kollha li appoġġjaw il-proġett, se jingħataw €3,750 f’kotba u fondi lill-AAA, The Island Sanctuary u salvaturi tal-annimali.

Forsi veru li Meadow telaq fiżikament, iżda l-qalb ta’ gwerrier tiegħu għadha tħabbat sal-lum!

Ritratt:

Facebook/Keith Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI