Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Bormla Local Council tkellmu dwar id-9 edizzjoni ta’ Cospicua Short Play Festival li tinsab wara l-bieb.
Qalu, “Id-9 edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival waslet kważi magħna! Niżżlu d-dati fil-kalendarji tagħkom u titilfux wieħed mill-aqwa avvenimenti kulturali fil-pajjiż, fit-18 u d-19 ta' Settembru.”
Żiedu, “Disgħa produzzjonijiet ġodda se jieħdu l-ħajja fit-toroq storiċi ta' Bormla, bi stejjer uniċi u indimentikabbli! Iktar dettalji dalwaqt!”
Temmew jgħidu, “Dan il-Festival huwa kkummissjonat tal-Kunsill Lokali Bormla bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u Xogħlijiet Pubbliċi, id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti, Fondazzjoni Kottonera, Xjenza Malta, Esplora u r-Reġjun tal-Kultura Port 2026.”