“Wara Kull Festa Sabiħa Hemm Sigħat Twal Ta’ Xogħol, Dedikazzjoni U Fuq Kollox Nies Li Jagħtu Ħinhom B’Qalbhom Kollha” – Għaqda Tal-Mużika San Gejtanu AD 1906

Kull festa tirrikjedi sigħat twal ta’ ħidma u numru ta’ nies li lesti jagħtu mill-ħin tagħhom f’ħidma għall-festa. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali tkellmu dwar dan.

Qalu, “Wara kull festa sabiħa hemm sigħat twal ta’ xogħol, dedikazzjoni u fuq kollox nies li jagħtu ħinhom b’qalbhom kollha biex jaraw il-festa tagħna tkompli tikber u tisbiħ minn sena għall-oħra. L-Għaqda tagħna tixtieq tgħid grazzi lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor qed jagħtu sehemhom fil-ħidma għall-Festa ta’ San Gejtanu.”

Żiedu, “Grazzi lil Grupp tar-reffiegħa, lil dawk kollha involuti fl-armar, il-Grupp Armar San Gejtanu, lill-ħbieb tagħna ta’ Hamrun Liberty Sezzjoni Festa u lill-voluntiera kollha li, ħafna drabi fis-skiet u minn wara l-kwinti, jagħtu sigħat sħaħ minn ħinhom biex kollox ikun kif jixraq.”

Temmew jgħidu, “Kull biċċa armar li titla’, kull siegħa xogħol, kull id li tgħin u kull sagrifiċċju żgħir jagħmlu parti minn ħaġa ferm akbar – il-Festa tagħna! Din hija festa mibnija mill-poplu, għall-poplu, u fuq kollox b’imħabba kbira lejn San Gejtanu. Grazzi lilkom ilkoll. Mingħajrkom, il-festa ma tkunx l-istess. Viva San Gejtanu!”

Ritratti:

Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI