Għada jiftaħ il-Valletta Green Festival u kien min daħal il-Belt seta’ jara l-installazzjoni impressjonanti tal-fjuri fid-daħla tal-Belt Valletta li minn kmieni filgħodu ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta Maltin u turisti.
F’post fuq il-midja soċjali, Jason Micallef iddeskriva l-installazzjoni bħala “stupenda”, filwaqt li rrimarka l-interess qawwi li qam. Huwa esprima sodisfazzjon kbir li din is-sena mistennija tkun l-akbar edizzjoni li qatt saret tal-festival.
Wieħed mill-punti ewlenin tal-programm se jkun l-inawgurazzjoni tal-“Ġnien tal-Ħolm” fi Pjazza San Ġorġ, li se ssir nhar il-Ħamis li ġej. Din l-installazzjoni mistennija tkompli żżid mal-atmosfera unika li l-festival iġib fil-qalba tal-belt kapitali.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur il-Belt Valletta biex igawdi dawn l-esperjenzi viżivi u l-ambjent mimli ħajja li qed joffri l-Valletta Green Festival din is-sena.