Tħabbret li l-Public Service EXPO se tkun qed tiġi posposta għal data oħra li għad trid titħabbar. F’messaġġ qasir, l-organizzaturi assiguraw lill-pubbliku li l-impenn tagħhom jibqa’ sħiħ, b’wegħda li jerġgħu lura fil-futur b’edizzjoni akbar u aħjar minn qatt qabel.
Il-Public Service EXPO hija magħrufa bħala opportunità fejn iċ-ċittadini jistgħu jiltaqgħu ma’ diversi entitajiet tas-servizz pubbliku, jiskopru aktar dwar is-servizzi offruti u jinteraġixxu direttament ma’ rappreżentanti minn oqsma differenti.
Għalkemm id-deċiżjoni li tiġi posposta tista’ tkun diżappunt għal ħafna, il-wegħda ta’ edizzjoni mtejba qed tqajjem aspettattivi ġodda għal dak li ġej. Aktar dettalji mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.
Facebook / EXPO