Id-difensur Malti Zach Muscat mhux se jkun qed jilgħab mat-tim nazzjonali għal-logħob internazzjonali fil-jiem li ġejjin wara li ttestja pożittiv għall-Covid-19. Il-Malta Football Association qalet fi stqarrija, “Id-difensur Zach Muscat daħal f’perjodu ta’ iżolazzjoni wara li ttestja pożittiv għall-Covid-19.”
Muscat jilgħab mal-klabb Portugiż Casa Pia AC. Hu għamel it-test qabel ma kien mgħajjar mit-tim nazzjonali biex jilgħax xi logħob internazzjonali iżda wara li rċieva notifika tar-riżultat pożittiv tiegħu hu kellu jidħol f’iżolazzjoni.
Zach Muscat kien ġie msejjaħ għall-partita ta’ ħbiberija nhar l-Erbgħa kontra Liechtenstein u l-kwalifiki tal-UEFA Nations League kontra Andorra fl-14 ta’ Novembru u l-Gżejjer Faroe fis-17 ta’ Novembru.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlek fejqan ta’ malajr Zach!
Domenic Aquilina – Facebook / Zach Muscat