“Id-Dinja Hija Isbaħ Minħabba Fik” – Amanda Bugeja Azzopardi B’Messaġġ Mill-Qalb Lil Ommha F’Għeluq Sninha

Amanda Bugeja Azzopardi qasmet messaġġ mimli mħabba u emozzjoni biex tawgura lil ommha, Tania Bugeja, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Permezz ta’ kitba poetika u mill-qalb, Amanda fissret kemm il-preżenza ta’ ommha kienet dejjem id-dawl u gwida f’ħajjitha, u kemm l-imħabba tagħha għenitha tgħaddi minn kull sfida u mument diffiċli.



“Bħall-qamar li jdawwal il-baħar bil-ħlewwa, l-imħabba tiegħek dejjem iggwidatni. F’kull maltempata u f’kull vjaġġ, dejjem erfajtni bit-tbissima ġentili tiegħek,” kitbet Amanda. Fil-messaġġ tagħha, hija awgurat lil ommha jum mimli bl-istess imħabba li dejjem tagħti lil dawk ta’ madwarha, flimkien ma’ ħafna raġunijiet biex tidħaq u tgawdi l-ħajja.



Amanda ddeskriviet lil ommha bħala persuna prezzjuża, qalbha tajba u ġenwina, filwaqt li sostniet li d-dinja hija post isbaħ minħabba nies bħalha.

Il-messaġġ wassal sentiment sabiħ dwar ir-rabta speċjali bejn omm u bintha, u żgur li mess il-qlub ta’ dawk kollha li qrawh. Minn naħa tagħna, ningħaqdu ma’ Amanda biex nawguraw lil Tania Bugeja għeluq snin mill-isbaħ mimli saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-għeżież tagħha.



Ritratti:

Facebook / Tanya Bugeja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI