“Id-Dipressjoni Hija Marda Mentali … Jekk Jogħġbok Tiġġudikax U Tgħid Li Hi Għażla” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi kelmtejn importanti rigward marda mentali li bosta min-nies jgħixuha. Tajjeb li nuru kompassjoni ma’ dawk kollha li jbagħtu minnha, u ma niġġudikawhomx.

Hu qal, “Id-Dipressjoni hija marda mentali li għandha xejra ta’ żvilupp bħal kull marda fiżika. Jekk jogħġbok tiġġudikax u tgħid li hi għażla, dgħjufija, jew sempliċement dwejjaq. Dan il-ġudizzju ikompli jiżola u jiggrava lil min diġà hu marid bid-dipressjoni – uri l-kompassjoni minflok.” Qasam ukoll ritratt b’spjegazzjoni ta’ kif tista tiżviluppa din il-marda.

Lil dawk kollha li għaddejjin minn xi żmien diffiċli, taqtgħux qalbkom u ftakru li m’intomx weħedkom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI