Id-Disinjatur U Ħajjat Lokali Herman Vassallo B'Avventura Kemxejn Differenti Mis-Soltu – X'Ħa Jkun Qed Jagħmel?

Ftit tal-minuti ilu, id-disinjatur lokali Herman Vassallo ħabbar li ħa jkun qed jibda avventura ġdida hekk kif ħa jkun qed jikkompeti għat-titlu ta’ Mr Supranational Malta, fejn il-mudell rebbieħ ikollu ċ-ċans li jirrappreżenta lil Malta barra minn xtutna.

Herman jgħid li dejjem xtaqt li jagħmel xi ħaġa bħal din u issa ħa jkun qata’ xewqtu għax xi ħaġa bħal din dejjem kienet fil-famuż bucket list tiegħu. Ħafna kienu li awgurawlu f’dan il-vjaġġ ġdid li ddeċieda li jieħu.

Aħna f’isem Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu minn qalbna. Ninsabu ċerti li ħa jkun liebes xi ħaġa tal-ġenn fis-serata finali!





Facebook / Herman Vassallo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI