Fi żmien daqshekk diffiċli, is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi tibqa’ prijorità. Ċertu attivitajiet qed jiġu evitati minħabba l-fatt li jistgħu jkunu ta’ perikolu għas-saħħa ta’ dak li jkun u mezz ukoll sabiex il-virus tal-Covid-19 jinfirex aktar.
Ilbieraħ filgħaxija, id-Djoċese ta’ Għawdex ħarġet stqarrija permezz tal-paġna tagħh fuq Facebook. Huma kibtu, “Id-Djoċesi ta’ Għawdex tixtieq turi d-diżapprovazzjoni tagħha u tiddiżassoċja ruħha minn kull attività reliġjuża li ġiet jew tista’ tiġi organizzata fuq barra u li ma tirrispettax il-miżuri tal-Awtoritajiet biex jipproteġu s-saħħa tal-pubbliku.”
Barra minn hekk l-istess Djoċesi żiedet, “Hija tkompli tħeġġeġ lill-parroċċi, il-komunitajiet u l-entitajiet reliġjużi biex iħarsu s-saħħa tan-nies billi jieħdu dejjem u f’kull sitwazzjoni l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.”
Ejjew inkomplu nieħdu ħsieb ħalli n-numri ta’ każijiet attivi jkompli jonqos għall-ġid ta’ kulħadd!
Facebook / Diocese of Gozo