James Ryder għadu kif irrakkonta fuq il-profil tiegħu dwar meta 15-il sena ilu, kien irabbi qattusa li eventwalment kabbret il-familja aktar u kellha l-frieħ.
Li ġara hu li l-omm flimkien ma’ tnejn minn uliedha ħarbu mid-dar u ovvjament James spiċċa ma jarahomx għal tant snin. Iżda jidher li sena ilu waħda mill-frieħ reġgħet sabet ruħha ma’ James u l-familja tiegħu.
“Sena ilu, qattusa xiħa mitlufa li kienet qiegħda ddur fl-akwati tagħna, iddeċidiet li tgħix magħna.” Fil-kummenti James iżid li rnexxielu jagħrafha minn dettall uniku li kellha fuq spallitha tal-lemin.
Xi ħlew – fejn basar hux li ser tirritorna fl-istess dar fejn twieldet wara 15-il sena?!
Instagram/ jamesrydercomedy