Illum jaħbat għeluq snin Kurt, il-maħbub ta’ Gaetano u f’dan il-jum speċjali Gaetano ħalla messaġġ mill-isbaħ fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu.
Gaetano jikteb, “Illum il-ġurnata tiegħek! Qed tixjieħli. M’hemmx grazzi biżżejjed biex nirringrazzjak ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u tas-sapport kontinwu li ittini anke jekk tarani fil-qiegħ. Naf li nsibek hemmhekk qabli lest biex ittellgħani.”
Hu jkompli jgħidlu, “Grazzi ta’ ħafna affarijiet imma l-akbar grazzi li tajtni qalbek kollha. Inħobbok ħafna u iġri jasal dak il-mument li nkunu ta’ xulxin għal dejjem. Issa ejja ħa mmorru joqogħdu jumejn għall-kwiet. Inħobbok.”